Lokali

Il-Gvern stess, permezz tal-awtorità, jikkonferma li kiseb biss ċertifikazzjoni “parzjali”

Wara li r-Reġistru Ewropew li jiċċertifika l-kwalità fis-servizzi edukattivi warrab it-talba tal-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Ogħla (MFHEA) għal ċertifikazzjoni Ewropea, l-awtorità tal-Gvern ikkonfermat dan il-falliment għall-pajjiżna –

Dan minħabba li ma ntlaħqux ċerti standards anke wara li r-Reġistru Ewropew sab li l-Bord tal-istess awtorità mhuwiex indipendenti – dan apparti li l-awtorità lokali naqset milli tilħaq l-istandards neċessarji, anke fejn jidħqu pjanijiet serji fejn tidħol strateġija u miri.

Però s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ Keith Azzopardi Tanti, anke f’kumment li ta lil Net News qal biss li ser ikun qiegħed jara’ daqxejn is-sitwazzjoni – dan minajr ma’ wera’ l-ebda preokkupazzjoni jew saħansitra tentattiv sabiex jiskuża ruħu f’isem il-Gvern minħabba li ċertu korsijiet ta’ Baċellerat jew Masters minn istituzzjonijiet privati f’pajjiżna mhux qed jiġu rikonoxxuti barra minn Malta – b’detriment għall-mijiet ta’ studenti li ser jispiċċaw vittma ta’ nuqqasijiet serji.