Internazzjonali

Il-Hamas mistennija jirrilaxxaw ostaġġ – l-aħħar wieħed ta’ dixxendenza Amerikana F’Gaza

Il-Hamas qalu li se jkunu qed jirrilaxxaw ostaġġ Iżraeljan-Amerikan Edan Alexander – li huwa mifum li hu l-aħħar ostaġġ ta’ dixendenza Amerikana F’Gaza.

Din id-deċiżjoni ittieħdet hekk kif li l-president tal-Istati Uniti Donald Trump mistenni jżur il-Lvant Nofsani it-Tlieta, bil-Ħamas jgħidu li din id-deċiżjoni ittieħdet bl-intenzjoni li tifaċċilita il-qbil dwarid-dħul ta’ għajnuna umanitarja f’Gaza. Gaza ilha 70 jum mingħajr ebda għajnuna ta’ dan it-tip.

Uffiċjal għoli tal-Hamas ikkonferma wkoll li numru ta’ Palestinjani kellhom lagqħat ta’ negozjati  flimkien ma’ Amministrazzjoni Uffiċjali tal-Istati Uniti fil-Qatar.

Minn naħa tiegħu l-Uffiċju tal-Prim Ministru Iżraeljan ma kommeta għall-ebda qbil ta’ waqfien mill-ġlied jew rolaxx ta’ priġunieri Palestinjani. Fil-fatt l-Uffiċju ta’ Netanyahu qal li hemm preparamenti għall-ġlied iktar intensiv u li r-rilaxx ta’ Edan Alexander se jsir biss minħabba pressjoni internazzjonali fuq il-Hamas.