Fil-Jum Internazzjonali tal-Infermieri, il-PN isellem lill-infermiera kollha u jirringrazzjahom tad-dedikazzjoni li biha jwettqu ħidmiethom.
Il-kura u d-dedikazzjoni tal-infermieri tagħna hi prezzjuża għall-pazjent u l-pajjiż kollu grat lejhom tal-ħidma kontinwa tagħhom.
Fil-jum dinji ddedikat lil-infermieri, il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lill-infermieri li jaħdmu fl-oqsma kollha tas-saħħa pubblika u fil-privat.
Il-Partit Nazzjonalista jemmen li kull infermier għandu jkun kburi b’dak li kapaċi jagħmel biex jagħti l-aqwa kura lill-pazjenti u biex jagħmel ħajjet il-pazjent aktar faċli. Mingħajr l-infermier, l-ebda sistema tas-saħħa ma tista’ taħdem.
Il-Partit Nazzjonallsta jtenni is-sapport kontinwu lill-infermieri bil-fatti u mhux bil-kliem. Bil-politika tiegħu se jibqa’ jaħdem biex itejjeb il-kwalità tal-impjieg ta’ dawk li f’idejhom nafdaw is-saħħa tagħna.
F’mesaġġ fuq il-media soċjali fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Infermieri, il-Kap tal-PN Bernard Grech ukoll sellem lill-infermieri u esprima l-apprezzament tiegħu lill-infermieri kollha għax-xogħol li jwettqu b’tant dedikazzjoni u mħabba.
Bernard Grech qal li r-rwol tal-infermieri fil-kura tas-saħħa f’pajjiżna huwa imprezzabbli u rringrazzjahom ta’ dak kollu li jagħmlu għalina lkoll.
Dan intqal fi stqarrija mix-Shadow Minister għas-Saħħa Adrian Delia u x-Shadow Minister għall-Kura Primarja u s-Saħħa Mentali Ian Vassallo.
//= $special ?>