Raġel ta’ 62 sena residenti Tas-Sliema qed isofri minn ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u mutur fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-9:45 am.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Renault Captur misjuqa minn mara ta’ 54 sena residenti Birżebbuġa, u mutur Lemoto Aura misjuq mill-vittma.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, u ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn hemmhekk ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>