Lokali Parlament

Jeħtieġ bidla fil-mentalità dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

Toni Bezzina, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li jeħtieġ bidla fil-mentalità dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Fil-parlament Toni Bezzina qal li l-kostruzzjoni hi suxxettibbli għall-inċidenti u mwiet minn qagħat mill-għoli. Hu semma’ kif fl-2019 kienu saru numru ta’ inċidenti wara xulxin fosthom fil-Ħamrun fejn mietet Miriam Pace.

Il-pajjiż kien sar iktar konxju mis-saħħa u s-sigurtà fuq l-post tax-xogħol u kien hemm sforz ġenwin mill-gvern appoġġjat mill-Oppożizzjoni biex is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tissaħħaħ.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-introduzzjoni tal-iskills card fejn il-pajjiż għadu wisq ‘l bogħod minħabba li dawn għadhom m’humiex obbligatorji. L-introduzzjoni tal-help line ukoll kienet xi ħaġa li setgħet kienet pożittiva iżda għandu jsir investiment qawwi fl-infurzar.

Toni Bezzina qal li hu importanti li jiżdiedu l-field officers u li l-field officers tun professjoni fiha nnfisha. Hu kompla li minkejja dan, il-perċezzjoni hi mhuwiex isir biżżejjed. Is-saħħa u s-sigurtà m’għandhiex tkun kunsidarata piż għaliex din hi parti ntegrali mix-xogħol li jrid isir.

Din il-mentalità għandha tkun awtomatika, sostna Toni Bezzina, li kompla li l-gvern għandu jinvesta fil-field officers, f’apparat u f’teknoloġija biex il-postijiet tax-xogħol ikunu siguri. Hu tkellem ukoll dwar l-importanza li l-familji li jgħixu ħdejn siti ta’ kostruzzjoni jkunu f’sitwazzjoni sigura