Kollox lest għall-ewwel semifinali tal-Eurovision Song Contest li se tkun qed tixxandar nhar it-Tlieta għall-ħabta tad-9pm.
Bħal kull sena, il-konkors huwa maqsum fi tliet serati… u se jkun qed isir fl-Iżvizzera, b’kollaborazzjoni bejn l-Iswiss Boradcasting Corportaion u l-European Broadcasting Union.
Basel għandha t-tielet l-ikbar popolazzjoni fl-Iżvizzera u se tkun qed tospita d-69 edizzjoni tal-Eurovision wara li Nemo bil-kanzunetta ‘The Code’ rebaħ l-edizzjoni tas-sena li għaddiet.
Hazel Burgger u Sadra Studer se jkunu qed jippreżentaw l-ewwel u t-tieni semifinali filwaqt li għall-finali tas-Sibt se tkun qed tingħaqad magħhom ukoll il-preżentatriċi popolari fl-Italja, Michelle Hunziker.
Kull serata ta’ dan il-konkors se jkollha tema – b’dik tal-ewwel semifinali tkun ‘Where it all Began’ fejn beda kollox.
It-Tlieta, fil-fatt, se tingħata ħarsa lejn l-istorja tal-Eurovision li propju bdiet fl-Iżvizzera fl-1956.
B’dan il-pajjiż jirbaħ il-konkors tliet darbiet – fosthom ir-rebħa ikonika tal-1988 grazzi għal Celine Dion.
Diversi rapporti qed jindikaw li din l-artista taf tirritorna lejn dan il-konkors biex tagħti sorpriża lis-segwaċi kbar tagħha.
Intant, il-kanzunetti li jikklasifikaw fl-ewwel 10 postijiet minn kull semifinali se jkunu qed jingħaqdu mal-kanzunetti ta’ Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja, ir-Renju Unit u l-Iżvizzera nhar is-Sibt
Il-kantanta Maltija Miriana Conte se tkunu qed tkanta l-kanzunetta ‘Serving’ nhar il-Ħamis fid-disa’ post.
//= $special ?>