Sliema u Mosta ngħaqdu ma’ Floriana u Naxxar Lions fis-semifinali tal-Fuel 10K Under 16 Futsal KO hekk kif irreġistraw rebħiet kbar fil-logħbiet rispettivi tagħhom.
San Ġwann kisbu l-ikbar rebħa tal-ġurnata wara skor ta’ 9-0 kontra Sliema Wanderers. Noah Cassar u Benjamin Borg Cardona kienu awturi ta’ tripletta kull wieħed filwaqt li Leon Attard żied tnejn oħra għat-tim tiegħu. Jacques Pace ikkommetta awtogowl għal skor finali ta’ 9-0.
Referees kienu Sara Kankaras u Stefania Bonnici.
Iċ-champions ta’ sezzjoni A Mosta għelbu liċ-champions ta’ sezzjoni B Żabbar St Patrick 7-1.
Il-Mostin stabbilixxew vantaġġ fl-ewwel taqsima, b’Żabbar li naqqsu l-marġni tal-iskor għalkemm fit-tieni taqsima kienet kollha tal-Blues li ħadu r-riedni tal-logħba f’idejhom.
Luca Chetcuti skorja tliet gowls, Dayle Cachia kien awtur ta’ doppjetta filwaqt li Daniel Sciberras Belfiore u Gabriel Portelli wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.
Dejan Sant skorja l-uniku gowl għal Żabbar.
Referees kienu Stefania Bonnici u Sara Kankaras.
Sadanittant illum jintlagħbu s-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni hekk kif Floriana jilagħbu kontra Mosta fil-4.45pm filwaqt li fis-6pm Naxxar Lions jaffaċċjaw lil San Ġwann bil-logħbiet li se jsiru fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport.
//= $special ?>