Se jkunu Luxol u Swieqi United LEC07 li se jikkontestaw il-finali tal-Enemed Futsal Premier League wara li kisbu l-kwalifikazzjoni b’mod meritat.
Luxol irrepetew is-suċċess tal-ewwel leg kontra l-Università ta’ Malta hekk kif rebħulhom bl-iskor ta’ 4-2.
Luiz Henrique kien awtur ta’ doppjetta għal Luxol filwaqt li Maicon da Silva Gaiewski u awtogowl ta’ Andre Cachia għaqqdu l-iskor għaċ-champions tal-futsal preżenti.
Steven Camilleri skorja doppjetta għall-Universita’ ta’ Malta.
Referees kienu Joern Te Kloeze u Ramzi Benali.
Swieqi United LEC07 għelbu lil Ta’ Xbiex Futsal 8-2.
Swieqi stabilixxew vantaġġ doppju iżda qabel tmiem l-ewwel taqsima, Ta’ Xbiex irnexxielhom jiskorjaw żewġ gowls u ġabu l-iskor indaqs. Fit-tieni taqsima, Swieqi ddominaw il-konfront u waslu sitt gowls oħra li tawhom il-kwalifikazzjoni finali.
Il-plejer Arġentin Marcelo Alarcon skorja tripletta għal Swieqi filwaqt li Rodrigo Rocha, Guillherme Fonseca, Javier Dominguez, Rodrigo Rocha u Luca Felice żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.
Ta’ Xbiex kellhom lil Juan David Bautista Conde u George Frendo li sabu x-xibka.
Referees kienu Joern Te Kloeze u Ramzi Benali.
Il-finali tal-Enemed Futsal Premier League bejn Luxol u Swieqi se tkun l-aħjar minn tliet partiti fejn il-logħob se jintlagħbu fil-21 u 23 ta’ Mejju bil-possibbiltà li jekk tim jirbaħ finali kull wieħed isir il-konfront deċiżiv fit-30 ta’ Mejju.
//= $special ?>