Huwa dejjem aktar evidenti li fl-aħħar xhur kompla jeskala il-ġlied intern fi ħdan il-Partit Laburista. Dan wara li l-eks uffiċjal ta’ Kastilja, Neville Gafa, kompla jimbotta ‘l quddiem manuvri sabiex il-Gvern jimpjega nies miegħu skont il-kulur politiku – b’nies fiċ-ċivil jgħid li dawn huma biss “vendikazzjonijiet”.
Fil-verità, hemm ħafna Ministri li qed jaqblu ma’ din l-istrateġija. Iżda hemm oħrajn li huma totalment kontra.
Imbgħad hemm membri tal-Kabinett, bħal Anton Refalo, li lanqas għandhom saħħa jikkundannaw lil Neville Gafà. Tant li ma Net News huwa stqarr li hu jaħdem differenti.
Din id-differenza, kif imfissra minn Anton Refalo, qed tkompli tikxef il-qasma interna li hemm fil-Labour. Għalkemm xorta, ħafna Ministri qed jispiċċaw ibaxxu rashom għal dak li jgħidu Neville Gafà, Karl Stagno Navarra u Jason Micallef.
Intant, fl-aħħar jiem, l-istess klikka estremista tal-Labour kompliet tattakka anke l-Qrati u l-ġudikaturi – b’mod partikolari lill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.
Bil-Ministru Julia Farrugia ma tlissen ebda kliem ta’ kundanna wara din il-kitba ta’ Neville Gafa.
…bil-Ministri tal-Gvern jagħlqu għajnejhom quddiem il-linġwaġġ estrem li qed jintuża f’dan il-blogs u oħrajn.
//= $special ?>