Lokali

Raġel ta’ 29 sena weġġa’ gravi wara ħabta bejn karozza u mutur f’Ħal Qormi

Raġel ta’ 29 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta bejn van u mutur.

Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tat-8am, fi Triq il-Wied, f’Ħal Qormi, meta seħħet ħabta bejn Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 34 sena residenti Ħaż-Żebbug, u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 29 sena u jgħix Ħal Qormi.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet li ħaddet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.

Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L- investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin