Futbol Sport

Sheffield United l-ewwel tim fil-finali tal-Playoffs

Sheffield United saru l-ewwel tim fil-finali tal-Playoffs taċ-Championship fil-Ingilterra meta għelbu lil Bristol City 3-0 b’aggregate skor ta’ 6-0 u aċċertaw post fl-aktar partita li tiswa flus fil-futbol. Il-gowls waslu permezz ta’ Kiefer Moore, Gustavo Hamer u s-sostitut Callum O’Hare, b’Sheffield United issa jistennew ir-rebbieħ bejn Sunderland u Coventry City biex jaraw minn se jkun qed jilgħab il-finali ta’ nhar is-Sibt 24 ta’ Mejju.

Illum: Sheffield United v Bristol City 3-0 (6-0)

Għada: Sunderland v Coventry City 9.00pm (2-1)