Futbol Sport

UFFIĊJALI | Carlo Ancelotti kowċ tal-Brażil mis-26 ta’ Mejju li ġej

Carlo Ancelotti

Il-kowċ Taljan u ta’ esperjenza, Carlo Ancelotti u l-kowċ nazzjonali l-ġdid tal-Brażil.

Dan tħabbar b’mod uffiċjali mill-FA Brażiljana, li f’stqarrija għall-istampa qalet li dan hu “mument storiku fejn qed inħabbru li żewġ ikoni tal-futbol dinji, il-pajjiż li rebaħ l-akbar ammont ta’ edizzjonijiet ta’ Tazza tad-Dinja u l-kowċ b’storja kbira ta’ rebħ fl-Ewropa, se jkunu qed jaħdmu flimkien.”

Carlo Ancelotti

B’hekk b’din l-aħbar ġew fit-tmiemhom diversi spekulazzjonijiet persistenti li kienu llhom isiru dwar il-futur bħala kowċ ta’ Ancelotti li llum għandu 65 sena. Ancelotti se jkun qed itemm dan l-istaġun mal-klabb Spanjol ta’ Real Mardid, u minn nhar is-26 ta’ Mejju li ġej, u se jibda uffiċjalment l-impjieg tiegħu fir-rwol ta’ kowċ tal-Brażil.

Għal Ancelotti din se tkun l-ewwel darba tiegħu li se jmexxi tim nazzjonali wara karriera bħala kowċ fejn matulha hu rrnexxilhu jsir l-ewwel kowċ fid-dinja tal-futbol, li jirbaħ it-titlu ta’ champions fl-akbar ħames Kampjonati domestiċi tal-futbiol fl-Ewropa.