Lokali

Wara l-akkużi serji tal-Vitals, jitpoġġa jmexxi l-Viżjoni 2050


Il-Prim Ministru Robert Abela illejla ħabbar illi Ronald Mizzi ngħata lura l-kariga ta’ Segretarju Permanenti.
Mizzi huwa wiehed mill-esponenti tal-Labour li qed jaffacja akkuzi serji dwar is-serq tal-isptarijiet, u issa iddahhal jahdem Kastilja. Hu se jkun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-Vizjoni 2050.

Dan kollu sehh wara li s-sena li ghaddiet, l-Uffiċċju tas-Segretarju Permamenti Ewlieni kien irċieva r-riżenja tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Ronald Mizzi.

Fl-ittra tiegħu, Mizzi kien qal li huwa fiduċjuż li fil-Qorti se joħorġu fatti li jiskulpawh, iżda jemmen li f’dak il-mument, dik kienet l-iktar għażla personali li tagħmel sens u li tirrispetta lill-amministrazzjoni pubblika.

Ronald Mizzi, flimkien ma’ Chris Fearne, Edward Scicluna, u għadd ta’ persuni oħra, tpoġġew taħt att ta’ akkuża b’riżultat li se jkunu qed jgħaddu ġuri b’rabta mal-każ tat-tliet sptarijiet li kienu ngħataw lil Vitals.