Intant wara li l-għaqda studenteska SDM ikkundannat l-mossa li jitnaqqsu l-electives units minħabba x-xoljiment ta’ letturi part-time fl-Università ta’ Malta – anke l-Pulse ikkundannat dan l-aġir.
Intant il-Lettur tal-Università saħaq li dan qiegħed jiġri minħabba nuqqas ta’ finanzi – primarjament minħabba l-fatt li l-Università ta’ Malta baqgħet tara nuqqas ta’ fondi allokati, bir-riżultat li ser ikolla tieħu dawn il-passi.
Madanakollu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ Keith Azzopardi Tanti meta ġie mistoqsi sabiex jikkjarifika din il-manuvra għażel li ma jikkumenta xejn fuq il-fatt li ser jitnaqqsu l-Units, u baqa’ jitkellem fuq dak li ried hu biss.
//= $special ?>