Ambjent Lokali

Is-sbuħija tal-Victoria Lines – wirt uniku f’pajjiżna

Bħalissa għaddej xogħol ta’ restawr fuq il-Victoria Lines. Dan ix-xogħol ser iwassal sabiex din it-trail li tibda minn Fomm ir-Riħ u taqsam lil Malta sa Pembroke ssir l-ewwel trail nazzjonali.

Fl-2022, f’kollaborazzjoni bejn Ambjent Malta, l-Għaqda Ramblers u Friends of the Victoria Lines Trail, saru interventi mmirati sabiex jinfetħu partijiet mill-mogħdija u titjieb l-aċċessibilità tul ir-rotta tal-Victoria Lines.

Dawn ix-xogħlijiet jinkludu tindif, installazzjoni ta’ signs, u tqegħid ta’ bankijiet għall-pikniks għall-kumdità tal-viżitaturi.

Qed jitneħħew ukoll speċi aljeni invażivi biex tinżamm l-eko-sistema lokali.

Qed isiru spezzjonijiet u interventi ta’ manutenzjoni kull ġimgħa biex din it-trail tinżamm mingħajr skart u perikli.