Futbol Sport

Alexander Satariano u Shona Zammit l-akbar protagonisti fl-MFPA Awards 2025

Shona Zammit u Alexander Satariano protagonisti tas-serata tal-MFPA Awards 2025
Shona Zammit u Alexander Satariano protagonisti tas-serata tal-MFPA Awards 2025

Alexander Satariano ta’ Birkirkara u Shona Zammit ta’ Swieqi United, kienu l-akbar protagonist waqt is-serata annwali tal-MFPA Awards li saret il-bieraħ filgħaxija. Din il-premjazzjoni li ssir ta’ kull sena, hi organizzata mill-assoċjazzjoni li tirrapreżenta l-plejers tal-futbol f’Malta.

Satariano, li kellu staġun mill-aqwa ma’ Birkirkara u mat-tim nazzjonali Malti, spikka bir-rebħ ta’ tliet unuri waqt din is-serata. Hu sar sar l-ewwel plejer li rebaħ l-unuri tal-MFPA Men’s Best u Best Young Player u kien anke nominat fl-MFPA Men’s Best XI.

Satariano kiseb l-akbar numru ta’ voti fl-aktar unur importanti tas-serata, bil-finalisti l-oħra għal dan l-unur ikunu Maxuell Maia ta’ Birkirkara u l-goalkeeper taċ-champions Ħamrun Spartans, Henry Bonello.

Fl-MFPA Men’s Best XI għall-istaġun 2024-25, Floriana kien it-tim bl-aktar rappreżentanti, segwiti minn Birkirkara u Marsaxlokk b’żewġ nominati kull wieħed.

Total ta’ 36 premju ġew mogħtija waqt l-MFPA Awards 2025, bi 22 minnhom ikunu ppreżentati lill-plejers li ġew magħżula fl-MFPA Best XI kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa.

Intant waqt din is-serata, Dorianne Theuma, l-eks captain tat-tim nazzjonali li lagħbet 118 partita għal Malta, kienet ippremjata bl-MFPA Assikura Merit Award, it-tieni unur għaliha matul is-serata wara li rebħet l-unur tal-aqwa coach fil-futbol tan-nisa.

Il-lista kompluta tar-rebbieħa li kelna f’din is-serata annwali tal-MFPA Awards 2025 hija din:

MFPA Men’s Best Player: Alexander Satariano (Birkirkara)

MFPA Women’s Best Player: Shona Zammit (Swieqi United)

MFPA Men’s Best Young Player: Alexander Satariano (Birkirkara)

MFPA Women’s Best Young Player: Nicole Sciberras (Hibernians)

MFPA MEN’S BEST XI (1-4-3-3)

Goalkeeper: Henry Bonello (Ħamrun Spartans)

Centre-backs: Oualid El Hasni (Floriana); Gabriel Mentz (Gżira United)

Right-back: Carlo Zammit Lonardelli (Floriana)

Left-back: Leandro Aguirre (Marsaxlokk)

Midfielders: Prince Afriyie (Mosta), Alexander Satariano (Birkirkara), Dunstan Vella (Floriana)

Forwards: Mohamed Awad (Sliema Wanderers), Alex Gomes (Marsaxlokk), Maxuell Maia (Birkirkara)

MFPA Men’s Best Coach: Paul Zammit (Sliema Wanderers).

MFPA WOMEN’S BEST XI (1-4-3-3)

Goalkeeper: Patricia Araujo Da Silva (Swieqi United)

Centre-backs: Charlene Zammit (Birkirkara); Rafanny Mendoza (Swieqi United).

Right-back: Rebecca Bajada (Mġarr United)

Left-back: Emma Xuereb (Swieqi United)

Midfielders: Amber Grech (Mġarr United); Nicole Sciberras (Hibernians); Shona Zammit (Swieqi United).

Forwards: Erica Bispo (Birkirkara); Hailey Russell (San Ġwann); Valeria Villegas Caly (Mġarr United)

MFPA Women’s Best Coach: Dorianne Theuma (Swieqi United)

MFPA Best Challenge League Player: Brandon Paiber (Valletta)

MFPA Best Challenge League Goalkeeper: Timothy Aquilina (Valletta)

MFPA Best Challenge League Defender: Darren Borg (Żurrieq)

MFPA Best Challenge League Midfielder: Brandon Paiber (Valletta)

MFPA Best Challenge League Forward: Sulahmana Mamadu Bah (Żurrieq)

MFPA Best Amateur League 1 Player: Julian Azzopardi (Birżebbuġa St Peter’s)

MFPA Best Amateur League 2 Player:  Rondinely Monteiro (Victoria Hotspurs)

MFPA Assikura Merit Award: Dorianne Theuma