Raġel anzjan iddaħħal l-isptar għall-kura wara inċident ikrah li seħħ fi Triq l-Imġarr, f’Għajnsielem – inċident bejn mutur u karozza li seħħ għall-ħabta tal-11am.
Il-mutur Honda kien misjuq minn raġel ta’ 70 sena mix-Xewkija.
Il-vettura kienet misjuqa minn Taljan ta’ 41 sena. Mar-raġel, kien hemm ukoll mara Taljana.
Il-kundizzjoni tal-anzjan għadha trid tiġi konfermata.
Fuq Facebook, is-Sindku ta’ Għajnsielem Kevin Cauchi, qal li dan il-każ seħħ fl-istess post fejn ftit tal-ġimgħat ilu twassal appell biex jitwaħħlu speed cameras jew bollards. Inkella jinstab mezz kif titnaqqas il-veloċità.
Il-Kunsill ta’ Għajnsielem huwa kommess li jibqa’ jiġġieled u jwassal il-messaġġ mal-awtoritajiet kompetenti sabiex din it-triq tkun aktar sigura kemm għas-sewwieqa u anke għar-residenti.
//= $special ?>