Internazzjonali

Donald Trump jaħsibha sabiex jattendi l-laqgħat dwar il-paċi li se jsiru f’Istanbul

Donald Trump jindirizza sessjoni konġunta tal-Kungress Amerikan. (Ritratt: EPA)

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump iddikjara li qed jaħsibha, sabiex jattendi għal-laqgħat dwar il-paċi f’Istanbul, it-Turkija.

Trump, li kien iddikjara li se jtemm il-kunflitt bejn l-Ukrajna u r-Russja f’ġurnata – qed jimbotta sabiex kemm Volodomyr Zelensky u Vladmir Putin jitkellmu sabiex isir waqfien mill-ġlied. Bil-President Ukren jistieden lill-President Russu sabiex nhar il-Ħamis jiltaqgħu fit-Turkija għal taħditiet li jistgħu iwasslu għall-waqfien mill-ġlied.

Bil-President Russu – ma jweġibx għat-talba sabiex jiltaqa’ mal-President Ukren.