F’diskors ewlieni waqt il-Konferenza tal-Ispeakers tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea f’Budapest, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li l-Ewropa taħdem l-aħjar meta taħdem f’għaqda.
“L-Ewropa ma tistax taffordja nuqqas ta’ għaqda u koordinazzjoni f’dinja li qed issir dejjem
aktar inċerta,” qalet il-President Metsola. “L-ispirtu Ewropew ta’ kooperazzjoni huwa dak li
jagħmel l-unjoni tagħna daqshekk unika,” żiedet tgħid.
Matul id-diskors tagħha fil-Parlament Ungeriż, l-MEP Maltija li n-nies madwar l-Ewropa
għandhom tħassib komuni, inkluż kif se jlaħħqu mal-għoli tal-ħajja u kif se jaffordjaw biex
jixtru dar. “U filwaqt li lkoll nafu li l-Ewropa mhijiex ‘one size fits all’, urejna ripetutament li
jekk naħdmu flimkien nistgħu noħorġu b’soluzzjonijiet reali għall-problemi li lkoll niffaċċjaw,
b’rispett sħiħ għall-prinċipju tas-sussidjarjetà,” enfasizzat Roberta Metsola.
L-MEP Maltija kkonkludiet billi appellat lill-Ispeakers tal-Parlamenti Nazzjonali biex ma jaħlux
din l-opportunità. “Ejjew insaħħu l-kooperazzjoni tagħna u naħdmu flimkien biex nibnu dak li
ċ-ċittadini tagħna jridu minna, jiġifieri Ewropa aħjar li taħdem għal kulħadd.