Is-sħana diġà rrankat sew f’dawn il-jiem. U għalkemm għadna fl-istaġun tar-Rebbiegħa, diġà qed nesperjenzaw togħma tas-sajf – bi ġranet twal xemxin, u sħana li qed tirranka.
Minkejja dan, il-previżjoni tat-temp għall-jiem li ġejjin tindika li jaf ikollna ftit pawża minn dawn it-temperaturi. Bit-tbassir jindika li bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa se tagħmel ix-xita.
Fil-fatt, il-Ħamis, it-temperatura mistennija tinżel għal 20 grad. Dan minħabba r-riħ qawwi fil-gżejjer Maltin. Dakinhar, ir-riħ se jlaħħaq saħħa ta’ Forza 6, filwaqt li mistennija anke maltempata. Biċ-ċans ta’ xita jkun ta’ 75 fil-mija.
Anke l-għada l-Ġimgħa, hu mbassar li se jkollna l-maltemp, b’riħ li jvarja bejn Forza 5 u Forza 6.
Minkejja dan it-temp ikrah, fit-tlett ijiem ta’ wara s-sitwazzjoni mistennija titjieb xi ftit. Dan hekk kif se jkun fil-maġġorparti temp xemxi.
Interessanti l-fatt li ċertu siti qed jimmarkaw li anke l-ġimgħa d-dieħla jaf ikollna ġranet bix-xita. Iżda t-temperaturi se jibqgħu tilgħin, u mistennija jmissu s-27 grad.
//= $special ?>
