Ian Vassallo, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Ian Vassallo qal fil-parlament li l-gvern mhux iwettaq proġetti li wiegħed fis-settur tas-saħħa.
Ian vassallo qal li l-knika li tilqa’ fiha l-metodi ġodda relatati mal-IVF għadha ma nfetħitx u sostna li, qabel, is-servizz f’Mater Dei kien effiċjenti iżda l-gvern għamel żball kbir li ma baqax jopera minn fejn kien. Jeħtieġ li s-servizzi lil dawn il-familji jolqtuhom direttament. Il-persuni li jkunu għaddejjin minn dan il-proċess tal-IVF jkollhom bżonn iktar leave u hemm min qed jingħata biss il-paga minima.
Il-gvern qed jagħti l-meidiċini b’xjn iżda mhux kuaħdd qed ikun mgħejjun. Fil-bidu tal-proċess il-mediċini jiswew bejn €6,000 u €7,000 li qed jinħarġu mill-persuni u wara qed jingħataw lura. Il-fatti huma li hemm min ma jiflaħx joħroġ dan il-flus minn qabel.
Hu semma d-diversi mediċini nieqsa li hemm fil-POYC u appella biex il-mediċini relatati mal-IVF jiddaħħlu fil-formularju tal-gvern. Jeħtieġ diskussjoni mal-pazjent anki dwar is-saħħa mentali tal-persuni involuti.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li hu pożittiv li n-nisa li jkorru ma jitħallewx fl-istess swali mal-ommijiet li jkunu welldu. Hu semma’ s-saħħa mentali u qal li ministru wara ministru qed ikisser dak li kien hemm u jibda mill-ġdid. Għand il-pazjent mhu jasal xejn, sostna Ian Vassallo, li kompla li kien ħażin li l-gvern neħħa ċ-Ċentru tal-Out-Patients tas-saħħa mentali. Dan qed jeffettwa lill-pazjenti li jħossuha diffiċli jmorru Montè Carmeli.
Ian Vassallo appella biex isir pjan dwar l-ADHD u qal li l-pajjiż ma jistax jibqa’ jiddependi mill-ftit bereġ li hawn. Dwar iċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Floriana l-gvern qed jgħid biss li se jsiru xogħlijiet fi kmamar li ilhom magħluqin xhur. Dan hu Ċentru li jaqdi tant nies.
Il-gvern għandu jispeċifika meta se jinfetaħ iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat wara li suppost dan ix-xogħol kellu jdum biss ftit xhur. Fejn qed imorru l-miljuni li qed jintefqu żejda fil-proġetti tas-saħħ?, staqsa Ian Vassallo, li qal li l-gvern ilu 10 snin jgħid li se jibni Ċentru ġdid tal-Out-Patietns, li se jibni il-Mother and Baby Centre, il-proġetti fil-kura primarja fin-naħa ta’ fuq u t’isfel ta’ Malta, fl-Isptar Karin Grech u fis-saħħa mentali.
//= $special ?>