Lokali Parlament

Il-Mellieħa għandha bżonn soluzzjoni mmedjata għat-traffiku

Ivan Castillo, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo qal fl-Aġġornament tal-parlament li l-Mellieħa għandha bżonn soluzzjoni mmedjata għat-traffiku.

Ivan Castillo qal li l-parlament mhuwiex jindirizza l-problemi li qed jiffaċċja l-poplu Malti kuljum fosthom fis-saħħa, fil-popolazzjoni, l-għoli tal-ħajja u t-traffiku.

Minflok isisr diskusjsoni fil-parlament, kellha tkun l-Oppoizzjoni li ressqet mozzjoni dwar l-għoli tal-ħajja.

Hu qal li ma jistax ikun li l-popu jitlob għal soluzzjonijet dwar it-traffiku iżda ma jidher li hemm l-ebda soluzzjoni għal din il-problema.

Ivan Castillo semma’ l-problemi tal-Mellieħa fosthom biex in-nies toħroġ mill-Mellieħa. Illum in-nies jagħmlu 20 minuta biex jaslu mill-Mellieħa sa San Pawl il-Baħar. Minkejja din is-sitwazzjoni l-gvern mhux jindirizza din il-problema.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li s-sitwazzjoni se tiggrava u kompla li fis-Xemxija se jinbnew 1,900 unit li kollha jridu jgħaddu mill-istess toroq.

Is-sena li għaddiet għaddew mill-mellea ħew; milun karozzilejn Għawdex. Minkejja dan il-gevrn jibqa’ bla soluzzjonijet fejn għal sentejn it-Triq tal-Miżieb il-gvern m’għamel xejn biex din it-triq titwessa’. Fil-Manikata r-residenti qed isostni li l-villaġġ spiċċa highway partikolarment fi tmiem il-ġimgħa.

Hu appella biex issir ambulanza fil-Mellieħa biex jekk ikun hemm inċident ikun indirizzat.

Ivan Castillo tkellem dwar id-diffikutajiet li jsiru dawk li jkunu jridu jmorru Għawdex u appella biex il-gvern jisma’ mill-proposti tal-PN fosthom il-by-pass tal-Manikata; li tista’ ssir.