Lokali Parlament

Is-servizzi tal-IVF għandhom ikomplu jiġu mtejba

Ritratt: Martin Agius

Stephen Spiteri, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri sostna fil-parlament li s-servizzi tal-IVF għandhom ikomplu jiġu mtejba.

Stephen Spiteri qal li l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni għandha rwol importanti quddiem sitwazzjonijiet diffiċli u spjega kif il-professuri għandhom funzjoni importanti quddiem l-iżviluppi li dejjem ikunu aġġornati.

Hu sostna li minħabba l-iżviluppi li qed isiru l-protokolli tal-passat illum huma absoliti u qal li Malta qed tispikka fis-servizz ta’ kwalità li qed tagħti. Jeħtieġ li l-pajjiż ikompli jtejjeb is-servizz tal-IVF u li l-persuni li ma jkunux jistgħu joħorġu l-flus minn qabel għas-servizz ikunu mgħejjuna.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li din il-problema għandha tissolva biex ma jkunx hemm min jiffaċċja iktar piżijiet. Il-PN kien wera dubju dwar l-iffriżar tal-embirjuni li jinsabu hemm għal snin minħabba li l-PN ma jridx li dawn jibqgħu definittivament iffriżati u ma jingħataw qatt il-ħajja umana. Dan filwaqt li niftaħru bis-suċċessi ta’ dawk li twieldu, sostna Stephen Spiteri.