Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Gino Lombardi. Mal-profil se nkunu qed nitħaddtu dwar it-tfulija tiegħu dak li ressqu lejn il-ktieb u kif ukoll l-ewwel passi tiegħu fuq il-palk.
Il-profil se jkun qiegħed jidħol fid-dettall dwar in-namur lejn il-lettarutura, ċertu xogħol li kien jaħdem qabel u kif ukoll l-imħabba lejn il-familja li dejjem kienet hemm f’kull mument.
PROFILI, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Gail Mallia, illejla fit-8.30pm fuq NET TV.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.
//= $special ?>