Lokali

RITRATT: L-iljuni issa tpoġġew Ħad-Dingli

Il-grupp Animal Liberation Malta żvela ritratt illi juri l-post li fih tpoġġew l-iljuni, li fl-aħħar xhur kienu miżmuma illegalment f’razzett fin-Naxxar.

L-iljuni issa tpoġġew f’gaġġa, fiz-zona ta’ Ħad-Dingli. Dan wara li ġew trasferiti b’mod sigriet.

Kien Net News li żvela kif fl-aħħar jiem l-iljuni tpoġġew f’post ġdid – iżda l-attivisti qed jgħidu li din l-għażla mhix waħda ġusta għall-annimali.

Dawn l-iljuni kienu ilhom mill-bidu tas-sena f’nofs kontroversja sħiħa, u l-Gvern baqa’ għal xhur sħaħ ikaxkar saqajh.