Lokali

Robert Abela jibqa’ jimmina l-kredibilità tal-Qrati lokali u Ewropej

Kontradizzjoni waħda wara l-oħra. Kienet din il-karatteristika ewlenija li spikkat fl-intervista li kellu l-Prim Ministru Robert Abela mal-editur tal-MaltaToday Saviour Balzan – dan hekk kif waqt li allega b’mod mill-aktar serju li l-Qorti Ewropea ħadet deċiżjoni għax kienet infuwenzata minn barra – hu beda kontinwament jipprova jinfluwenza lill-Qrati lokali.

Fil-fatt, meta ġie mistoqsi dwar l-inkjesta Vitals hu kompla jattakka t-timeline tal-qrati.

Fl-aħħar xhur, l-espert Jeremy Harbinson sostna li qed jibża’ jixhed, iżda issa li se jkun qiegħed jixhed, il-Prim Ministru ta’ pajjiżna qiegħed jattakka lill-istess espert u jqiegħed jitfa’ pressjoni fuqu.

Pressjoni inevitabbli wkoll fuq il-Maġistrati Rachel Montebello u Leonard Caruana. Dan waqt li baqa’ jinsisti fuq l-innoċenza tal-akkużati – fatt li jistgħu jiddiċeduh il-Qrati biss.

Intant, Abela issokta bl-attakk sfrenat fuq il-Maġistrat Gabriella Vella.

Wara din il-pressjoni diretta u kritika qawwija fil-konfront tal-ġudikatura – b’tgħaffiġ u taħwid perikoluż f’dak li għandu x’jaqsam separazzjoni tal-poteri – mistoqsi fuq id-deċiżjoni li ħadet il-Qorti Ewropea b’rabta mal-bejgħ tal-passaporti….Robert Abela sostna li dan kien riżultat ta’ influwenza esterna.