Kien hemm 7,681 irreġistrati f’Għawdex bħala holiday furnished premises f’lukandi, guest houses u binjiet oħra li jintużaw bħala residenza turistika.
Jirriżulta li fix-Xagħra biss kien hemm total ta’ 1,295 li minnhom kien hemm reġstrati 184 f’guest house u 110 f’lukandi.
Id-Deputat Nazzjonalista Chris Said staqsa fil-Parlament lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ tourist beds li hemm irreġistrati f’Għawdex, f’lukandi, guest houses u binjiet oħra li jintużaw bħala residenza turistika u f’kull każ jaqsam l-informazzjoni raħal b’raħal u skont il-kategorija tal-akkomodazzjoni.
ll-Ministru Ian Borg qal li f’Marsalforn hemm 684 fejn hemm 220 f’lukandi, 164 f’guest house u 20 f’hostels; fl-Għarb hemm 897 li minnhom hemm 75 f’guest houses; fiż-Żebbuġ hemm total ta’ 618 f’holiday furnished premises; fl-Għasri hemm 560 f’holiday furnished premises; fil-Qala hemm 522 li 20 huma f’lukandi u 50 f’guest houses; f’Ta’ Kerċem hemm 448 li minnnhom 56 huma f’guest houses; fir-Rabat hemm 446 li minnhom 152 huma f’lukandi u 93 f’guest houses; fin-Nadur hemm total ta’ 445 li 22 huma f’lukandi; waqt li fix-Xlendi hemm 384 li 258 huma f’lukandi u f’41 guest houses.
//= $special ?>