Lokali

Bernard Grech se jibqa’ ffukat fuq tmexxija alternattiva; illejla l-Kap tal-PN intervistat

It-traffiku, il-faqar, u l-isfidi tal-Għawdxin.

Dawn kienu wħud mit-temi diskussi bejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech u l-preżentatur, Karl Bonaci fejn saret wegħda biex tingħata tmexxija alternattiva għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.

Din il-podcast ma’ Karl Bonaci, li se tixxandar illejla fid-9 ta’ filgħaxija, se tagħti stampa aktar ċara dwar it-tmexxija serja li Bernard Grech qed imexxi biha flimkien mad-deputati Nazzjonalisti, anke mill-Oppożizzjoni. B’din il-ħidma żgur li se tkompli ladarba tingħata l-fiduċja lill-Partit Nazzjonalista biex imexxi lil pajjiżna fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Bernard Grech fakkar fl-isfidi kbar li l-poplu qed jgħaddi minnhom ta’ kuljum.

U quddiem dan kollu, huwa wiegħed investiment fis-settur tax-xogħol li jibbenifikaw minnu kemm il-ħaddiema u anke min iħaddem.

Hu insista li bħalma diġà qiegħed jagħmel, il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jaħdem ma’ kull invidividwu u organizzazzjoni għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.