Futbol Sport

Birkirkara l-ewwel tim fil-finali tal-FA Trophy

(Ritratt: Joseph Galea)

Birkirkara…………………….2

Floriana………………………..1

Birkirkara: G. Volpe, L. Cordova, P. Gaitan, T. Papazov, A. Satariano, L. Lacunza, N. Micallef, A. Coppola, D. Makoma, M. Maia, N. Agius (N. Cross 86′)

Floriana: C. Mafoumbi, J. Grech (E. Mashike 70′), J. Becerra (D. Vella 46′), O. Spiteri (Z. Scerri 70′), M. Garcia, G. Gamarra, F. Sasere, A. Kouro, A. Garzia, G. Yameogo, J. Gomes Junior (G. Sotomayor 62′)

Referee: Slobodan Petrovic

Assistenti Referees: J. Spiteri, P. Apap

Birkirkara huma l-ewwel tim li avvanza għall-finali tal-FA Trophy ta’ nhar il-Ħadd li ġej meta għelbu lil Floriana bl-iskor ta’ 2-1.

Bidu tajjeb minn Birkirkara hekk kif marru fil-vantaġġ wara 25 minuta permezz ta’ Pablo Gaitan li kkonkluda mill-viċin minn wara li rċieva mingħand Maxuell Maia.

Birkirkara komplew ikunu aħjar mill-avversarji fit-tieni taqsima u rduppjaw permezz ta’ Maxuell Maia li approfitta minn żball fid-difiża ta’ Floriana. It-tim ta’ Darren Abdilla naqqas l-iskor fit-80 minuta permezz ta’ Alexandros Kouro.