Fil-finali li ntlagħbet fi Stadio Olimpico, Bologna għelbu lil Milan bl-iskor ta’ 1-0 biex b’hekk kisbu l-ewwel unur maġġuri wara 51 sena. Kienet partita mimlija azzjonijiet fuq iż-żewġ naħat fejn fl-ewwel taqsima, kienu Milan l-aktar li kienu perikolużi.
Il-gowl deċiżiv wasal fit-53 minuta meta minn azzjoni veloċi kien Dan Ndoye li avvanza lejn in-nofs u kkonkluda wara Mike Maignan. B’din ir-rebħa għal Bologna kompla l-istaġun pożittiv tal-klabb taħt it-tmexxija tal-kowċ Vincenzo Italiano fejn fil-kampjonat għadhom fiċ-ċans li jiksbu post fil-UEFA Champions League għal staġun ieħor.
Għal Milan din kienet telfa oħra diżappuntanti dan l-istaġun fejn minkejja li rebħu s-Super Cup f’Diċembru li għadda, fil-kampjonat jinsabu fit-tmien post.
//= $special ?>