L-eks champion tad-dinja taċ-ċikliżmu Rohan Dennis kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi wara li nstab ħati li kkawża periklu għall-mara tiegħu li wkoll kienet atleta Melissa Hoskins li sfortunatament kienet tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku.

L-inċident kien seħħ fl-2023 f’Adelaide quddiem id-dar tal-istess koppja meta wara argument jidher li Dennis laqat lil Hoskins bil-karozza tiegħu stess. Il-qorti sabitu ħati li kkawża biss periklu u naqas milli jieħu konsiderazzjoni tas-sigurtà ta’ martu iżda ma sabitux legalment ħati tal-qtil tagħhha.
Il-familja ta’ Hoskins wara s-sentenza qalu li jittammaw li wara din is-sentenza l-familja tkun tista’ timxi l-quddiem.
Melissa Hoskins kienet champion tad-dinja taċ-ċikliżmu fl-2015 u kkompetiet f’żewġ Olimpjadi. Hi żżewġet lil Rohan Dennis fl-2018 li minn naħa tiegħu rebaħ il-midalja tal-fidda fl-Olimpjadi ta’ Londra u tal-bronż f’Tokjo filwaqt li kiseb il-midalja tad-deheb fil-Logħob tal-Commonwealth tal-2022.
//= $special ?>