Futbol Sport

Cristiano Ronaldo Jr jiddebutta mal-Portugall

Cristiano Ronaldo Jr li huwa t-tifel ta’ Cristiano Ronaldo, din il-ġimgħa ddebutta mat-tim nazzjonali tal-Portugall ta’ taħt il-15-il sena meta daħal bħala sostitut fl-54 minuta tal-partita kontra l-Ġappun f’tournament li qed isir fil-Kroazja. L-Erbgħa mbagħad lagħab ukoll 60 minuta oħra fejn beda l-partita kontra l-Greċja.

Fost il-partitarji li attendew din il-partita kien hemm nanntu, Dolores Alveiro, li bħal meta kienet hemm meta binha għamel id-debutt mal-Portugall hekk ukoll kienet hemm fid-debutt tan-neputi tagħha li għandu 14-il sena.

Jidher ukoll li għal din il-partita attendew numru ta’ scouts minn klabbs ewlenin fl-Ewropa fosthom Manchester United.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Cristiano Ronaldo kiteb li huwa kburi b’ibnu li qed jimxi fuq il-passi tiegħu. Ronaldo Jr bħalissa qed jilgħab ma’ Al-Nassr fl-Arabja Sawdija, l-istess klabb li qed jilgħab miegħu missieru.