L-Aġezija tal-gvern Identitá, li tinsab fl-aħbarjiet minħabba l-allegati skandli li nkixfu fil-Qorti b’rabta ma’ ħruġ ta’ Karti ta’ Identità foloz, nefqet is-sena li għaddiet is-somma ta’ €70,000 fuq reklamar fuq it-Televiżjoni.
Jirrżulta minn informazjoni li ngħatat fil-Parlament, li Jobsplus nefqet €7,943 f’reklamar fuq radju, il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol nefaq €4,408, filwaqt li Identitá nefqet €70,000 fuq reklamar fuq it-Televiżjoni.
Id-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruna Cilia staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu.
Il-Ministru Byron Camilleri qal fil-Parlament li entitajiet diversi jagħmlu użu mill-mezzi tax-xandir (media houses) lokali sabiex ikun jista’ jwassal informazzjoni dwar servizzi, inizjattivi u informazzjon oħra importanti għall-pubbliku inġenerali.
//= $special ?>