Il-Eurovision f’Basel fetaħ b’serata mill-isbaħ. Palk li offra spettaklu. U semi-finali li rat ukoll is-sehem tal-kantanta rinomata Celine Dion.
Hi fil-fatt għaddiet messaġġ waqt l-ewwel serata tat-Tlieta, fejn fakkret fil-mument storiku tal-1988 meta rebħet dan il-konkors mużikali.
Celine Dion tenniet illi l-Iżvizzera se jkollha dejjem post speċjali f’qalbha, għax kien il-pajjiż li emmen fiha u li offrielha ċ-ċans sabiex tkun parti minn xi ħaġa daqstant straordinarja.
Il-video ta’ Celine Dion b’messaġġ li mess il-qlub ħareġ waqt l-intervall tal-ewwel semi-finali; waqt li kienet għaddejja l-votazzjoni.
Minħabba raġunijiet ta’ saħħa, Celine Dion ma kinitx preżenti fiżikament għas-serata. U wara l-messaġġ tagħha, kienu bosta il-partecipanti tal-Eurovision tas-sena l-ohra li telgħu fuq il-palk u flimkien kantaw il-kanzuentta li biha kienet rebħet lura fl-1988.
L-organizzaturi għadhom xorta waħda jittamaw li Celine Dion tagħmel id-dehra tagħha fil-finali tas-Sibt. Għalkemm din il-ħaġa għadha mhix konfermata.
Intant, is-semi-finali rat 10 kanzunetti jikkwalifikaw. Bil-festival se jkompli nhar il-Ħamis. U fost il-pajjiżi parteċipanti fit-tieni semi-finali hemm Malta, li se tkun rappreżentata mill-kantanta Miriana Conte permezz tal-kanzunetta ‘Serving’.
Il-finalisti huma:
- Norveġja: Kyle Alessandro – Lighter
- Albanija: Shkodra Elektronike – Zjerm
- Żvezja: KAJ – Bara Bada Bastu
- Iżlanda: VÆB – RÓA
- Olanda: Claude – C’est La Vie
- Polonja: Justyna Steczkowska – GAJA
- San Marino: Gabry Ponte – Tutta L’Italia
- Estonja: Tommy Cash – Espresso Macchiato
- Portugall: NAPA – Deslocado
- Ukrajna: Ziferblat – Bird of Pray
Dan ifisser li l-Azerbaijan, il-Belġju, Ċipru, il-Kroazja u s-Slovenja ġew eliminati.
//= $special ?>