Futbol Sport

Hibernians fil-finali u jżommu ħajjin it-tamiet li jilagħbu fl-Ewropa fl-istaġun li ġej

(Ritratt: Joseph Galea)

Ħamrun S………………1

Hibernians…………….2

Ħamrun S.: H. Bonello, T. Barboza (S. Xerri 46′), J. Mbong, R. Prsa, E. Freitas, J. Cadenovic (E. Domingos 64′), O. Bjelicic, R. Mihana (C. Claros 80′), E. Marcelina, R. Camenzuli, R. Lopes Silva

Hibernians: P. Nino, R. Ribeiro, A. Silas (D. Xuereb 70′), K. Shaw, L. Iapert, K. Fraga, M. Carvalho (M. Ellul 76′), J. Degabriele (A. Da Silva Souza 70′), B. Kristensen (S. Sorokin 90′), A. Martinis, P. Silva

Referee: Trustin Farrugia Cann

Assistenti Referees: M. Scerri, K. Saliba

Hibernians se jkunu qed jilagħbu kontra Birkirkara fil-finali tal-FA Trophy nhar il-Ħadd li ġej meta kontra kull mistenni għelbu liċ-champions Ħamrun Spartans.

Kien Jurgen Degabriele li fetaħ l-iskor għall-Pawlisti fil-31 minuta. Hibernians irdoppjaw qabel il-mistrieħ meta kien penalty ta’ Lucas Villela Iapert li għeleb lil Henry Bonello għal 2-0.

Reazzjoni mmedjajta fit-tieni taqsima minn Ħamrun li naqsu l-iskor permezz ta’ Joseph Mbong, liema reazzjoni ma kinitx biżejjed biex Ħamrun iġibu l-gowl tad-draw. Lejn it-tmiem Ħamrun temmew jilgħabu bi plejer anqas meta tkeċċa Ognjen Bjelicic.