L-ispiża relatata mal-Banda tal-Korp tal-Pulizija mill-bidu ta’ Jannar 2024 sas-6 ta’ Mejju 2025 kien ta’ total ta’ €22,485.02.
Dan jinkludi PA systems, fejn isir it-taħriġ, mementos u plakka kommemorittiva u oħrajn. Spejjeż relatati ma’ kunċerti tal-istess banda jiġu koperti jew mill-introjtu ta’ bejgħ ta’ biljetti għal entratura inkonnessjoni ma’ l-avveniment, jew minn donazzjonijiet.
F’informazzjoni li ta l-Ministru Byron Camilleri għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Charles Azzoppardi, jirriżulta wkoll li l-Banda tal-Korp tal-Pulizija hija komposta minn 99 bandist u kunduttur. Dawn il-bandisti jiġu ddetaljati għal tali doveri skont il-ħtigijiet u l-esiġenzi relatati. Ma hemm ebda bandist li mhux membru tad-Dipartiment tal-Pulizija. Mill-bandisti 28 iservu fil-Korp tal-Pulizija u huma full-time f’doveri differenti filwaqt li l-oħrajn huma Pulizija ta’ Riserva (RPC) bandisti part-time.
L-uniformi li tintlibes waqt is-servizz tal-banda hija waħda ċerimonjali relatata mal-istess banda u hija differenti mill-uniformi ta’ pulizija li jkun qed jaqdi dmiru (mhux fil-banda) bħala ‘sworn officer.’
//= $special ?>