Il-Partit Laburista mar kontra r-rieda tar-residenti tal-Għargħur, u b’mossa sfaċċatament anti-demokratika ġie jaqa’ u jqum mill-vot b’saħħtu tal-Għargħurin fl-aħħar elezzjoni lokali.
Dan hekk kif ftit tal-ħin ilu għaddiet mozzjoni ta’ sfiduċja fis-Sindku tal-Partit Nazzjonalista Helen Gauci; mozzjoni mressqa mill-Kunsillieri tal-Partit Laburista u bil-barka tal-ogħla uffiċjali fl-amministrazzjoni tal-Labour. Sabiex issa s-Sindku l-ġdid se tkun l-kunsilliera tal-Labour Mariah Meli, li f’Ġunju tal-2024 ġabet inqas minn nofs il-voti li kisbet Helen Gauci.
Dan minkejja li ġiet preżentata petizzjoni ffirmata minn għadd ta’ residenti tal-Għargħur sabiex Helen Gauci, li ġabet iktar minn 800 vot fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, li tfisser maġġoranza assoluta, tibqa’ sservi bħala sindku tal-lokalità.

Waqt il-laqgħa qamet kommossjoni sħiħa, propju wara li ttieħed dan il-vot, bir-residenti preżenti, apertament, jappoġġjaw lil Helen Gauci fit-tmexxija tal-Kunsill Lokali.
Din il-mossa tikkonferma li għall-Partit Laburista r-rieda tal-poplu ma tgħoddx, u bħal gaffa dittatorjali marru totalment kontra x-xewqa, il-vot, u r-rieda tal-familji tal-Għargħur għaliex l-unika għan tagħhom hu l-poter; f’att li jmur assolutament kontra l-prinċipji li d-demokrazija hija msejsa fuqhom.
//= $special ?>