Ivan Bartolo, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal fil-parlament li l-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni baqgħet l-istess u ma naqsitx.
Ivan Bartolo qal li l-lista ta’ stennija hi ta’ madwar 3000, li hi fl-istess livell ta’ Gvern Nazzjonalista. Hu kompla li d-diskussjoni dwar id-djar għandha tiffoka fuq il-bniedem u appella biex il-gvern jikkunsidra diversi aspetti tal-persuni li jknu fil-lista ta’ stennija minħabba li persuni li jaqbżu l-ammont bi ftit jinqalgħu mil-lista. B’€1500 fix-xahar persuna tinsab ‘il bogħod milli tgħix ħajja diċenti, sostna Ivan Bartolo, li kompla li anki n-nies fil-faxxa tan-nofs m’humiex għaddejjin minn perjodu tajjeb.
Ivan Bartolo kkwota rapport minn Grant Thornton u Dhalia li juri li l-prezzijiet tal-propjetà mill-2013 splodew b’125% u li t-terraced houses saru xi ħaġa rari. Hu kompla li l-kwalità tal-ħajja tan-nies tinsab ‘il bogħod minn dak li qed iwassal il-gvern.
Ivan Bartolo kompla li fl-2013 il-paga minima kienet ta’ €703 u llum din telgħet għal €961. Biex persuna, illum, tixtri appartament teħtieġ €187,500 iktar minn dak li riedet fl-2013 waqt li l-paga żdiedet b’€260.
Hu rrifera għal rapport li juri li hawn 42,000 persuna li jgħixu f’abitazzjoni mudlama, 32,000 jgħixu f’dar b’saqaf iqattar, 143,000 persuni jgħixu fl-istorbju u 161,000 jgħixiu f’ambjent li jniġġeż.
Ivan Bartolo semma’ l-inizjattivi li wettqu gvernijiet Nazzjonalisti fid-djar soċjali u kompla li mhux veru li Gvern Nazzjonalista ħalla 4,000 persuna fuq il-lista ta’ stennija. Fl-2012 kien hemm 2,400 fil-lista ta’ stennija waqt li fl-2013 kien hemm 2,910 f’din il-lista. F’din iċ-ċifra hemm ukoll l-exchanges. Dan juri li mill-2013, il-lista ta’ stennija żdiedet. Hu sostna li hemm persuni li ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja tant li ma jaslux iħallsu l-kont tad-dawl.
Id-deputat Ivan Bartolo qal li l-lista ta’ stennija kienet naqset u kompla li minnha kienu tneħħew l-exchanges u tibdil ieħor li kienu ta’ 750. Hu semma’ l-iskema ‘Kiri’ u qal li l-PL kien kontra din l-iskema meta kien fl-Oppożizzjoni iżda llum żammha u bidlilha biss isimha. Kien hemm 225 appartament f’din l-iskema u llum hemm 100 persuna oħra. Jidher li hemm 1,700 fil-lista ta’ stennija iżda meta jiżdied kollox din titla’ għal 2,700. Dan ifisser li wara 12-il sena, l-pajjiż għadu fl-istess sitwazzjoni.
Ivan Bartolo sostna li mhux minnu li dan kien budget bla taxxa u żied li ż-żidiet fil-prezzijiet tal-propjetà huma forma ta’ taxxa. Hu qal li dan qed joħloq stress fuq min qed iħalls self jew minn żminjiet li fihom ikun qed imexxi ħajtu ‘l quddiem. Id-differenza bejn kategoriji fis-soċjetà qed iwassal biex ikun nies jgħixu fil-garaxxijiet jew persuni bi tfal i m’għandhoxm dar. Kategorja oħra li qed tiffaċċja problemi hi dik li jgħixu bil-benefiċċji soċjali.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li hawn min ma jistax iħallas il-kirjiet ogħlja u qed jispiċċaw jgħixu mal-familji tagħhom għaliex hemm min iħallas 65% tal-paga li l-kerrej ikun qed idaħħal.
Ivan Bartolo kompla li Malta għandha t-tieni l-ogħla rata ta’ djar soċjali iżda l-problemi jibqgħu kbar. Hu sostna li l-maġġoranza taż-żgħażagħ m’humiex jaffordjaw id-djar f’Malta.
//= $special ?>