Inqas minn ġimgħa wara li kien elett Papa tal-Knisja Kattolika, il-Papa Ljun XIV matul il-ġurnata tal-Erbgħa kellu żjara speċjali mill-plejer tat-tennis, li attwalment jinsab l-ewwel fir-rankings tal-ATP, Jannik Sinner.
L-atleta ta’ 23 sena, iltaqa’mal-Papa l-ġdid waqt l-udjenza fis-Santa Sede. M’huwiex sigriet li Papa Ljun XIV hu dilettant tal-logħba tat-Tennis, u waqt iż-żjara li Sinner għamel lill-Papa, it-tennista Taljan bħala ġest ta’ rispett offra lill-Papa ballun tat-tennis u bit-tbissima, Sinner staqsiħ jekk riedx jilgħab tennis miegħu. Il-Papa kompla jiccajta billi wieġbu, ‘aħjar le, għaliex hawn inkissru xi ħaġa.”
Din iż-żjara ta’ Sinner għand Papa Ljun XIV, saret fl-isfond ta’ turnament ewlieni li bħalissa qed jintlagħab f’Ruma, l-Open Taljan u li hu magħruf aħjar bħala Internazionali BNL d’Italia.
Dan it-tournament prestiġjuż tat-tennis, hu parti kemm miċ-ċirkwiti tal-ATP kif ukoll WTA 1000. L-Open Taljan beda’fis-7 ta’ Mejju u jibqa’ għaddej sat-18 ta’ Mejju.
//= $special ?>