Il-Papa Ljun XIV għandu esperjenza pożittiva dwar Malta u l-Maltin, huwa bniedem li huwa intiż fit-teknoloġija u għandu għal qalbu l-isport u l-karozzi.
Din hija togħma li ta Patri Josef Sciberras, il-Postulatur Ġenerali tal-Ordni Agostinjan, li ilu jaf lil Robert Francis Prevost għal snin twal – tant li issa bena ħbiberija tajba ħafna miegħu.
Patri Josef Sciberras spjega li l-Papa Ljun XIV għandu umanità kbira, u qed jaħdem sabiex verament il-Knisja tkun xandara tal-imħabba t’Alla. Huwa ddeskrivieh bħala bniedem li jħoss il-polz taċ-ċittadin.
Ma’ Net News, il-patri Malti tkellem dwar il-passatempi tal-Papa, li jirriflettu sewwa l-ewwel diskorsi tiegħu.
Patri Josef spjegalna l-ewwel sentimenti li ħassew hu u sħabu dakinhar tat-tħabbira waqt li kienu fi Pjazza San Pietru, fejn iddeskriva l-esperjenza bħala splużjoni ta’ ferħ.
Huwa qalilna wkoll li sat-Tlieta stess iltaqa’ mal-Papa għaliex żamm mal-wegħda li jerġa’ jżurhom.
Intant, tkellimna ma’ Patri Josef dwar il-kurċifiss li libes il-Papa Ljun XIV waqt it-tħabbira fi Pjazza San Pietru; salib li Patri Josef innifsu ssuġġerilu li jilbes.
Hu spjegalna li l-Papa Ljun XIV għandu opinjoni tajba immens ta’ pajjiżna u sa minn dejjem xtaq li jiġi jqatta’ l-vaganzi f’Malta qabel ma ngħata din il-missjoni.
//= $special ?>