It-tielet tellieqa mis-serje ta’ ħames tlielaq tal-Hudson Race Series, sponsorjata minn Nike, saret f’Ħad-Dingli nhar il-Ħadd. Ir-rotta, li tgħaddi mill-Buskett u l-inħawi tiegħu, hija magħrufa għat-tlajjiet, partikolarment lejn it-tmiem tar-rotta, kif ukoll għall-veduti sbieħ – karatteristiċi distintivi ta’ din is-Serje.
Mark Herrera kiseb it-tieni rebħa tiegħu għas-serje ta’ din is-sena, meta spiċċa fl-ewwel post quddiem Steve Pace u Mark Axiaq. Filwaqt li Herrera żamm distakk tajjeb, Pace u Axiaq kellhom distakk ta’ seba’ sekondi wara tellieqa intensiva.
Josann Attard Pulis kompliet bil-prestazzjonijiet b’saħħita meta spiċċat fl-ewwel post quddiem Jolene Debattista, li kellha vantaġġ komdu fuq Angele Sammut li spiċċat fit-tielet post.
Fil-kategorija tal-5km, Brandon Saliba spiċċa l-ewwel, segwit minn Adrian Cutajar u Heathcliff Farrugia. Fil-kategorija tan-nisa, Charyl Fava żammet is-sensiela ta’rebħ tagħha, filwaqt li Abigail Church temmet fit-tieni post quddiem Nadia Mifsud, li kienet biss tliet sekondi wara Church.
It-trofej u l-premjijiet ġew ippreżentati mid-Direttur tat-Tellieqa Charlie Demanuele.
It-tiġrija li jmiss ser ssir f’Burmarrad nhar il-Ħadd 7 ta’ Settembru.
//= $special ?>