Sport Sport Ieħor

Mads Pederson jirbaħ il-ħames stadju tal-Giro d’Italia u jkompli jmexxi l-klassifika ġenerali

Iċ-ċiklista Daniż Mads Pederson kiseb it-tielet rebħa minn ħames stadji fil-Giro d’Italia.

Hu għeleb l-isfida diretta ta’ Edoardo Zambanini fejn irnexxielu jtemm qablu fis-stadju mimli tlajja, bil-Brittaniku Tom Pidcock itemm fit-tielet post.

Pederson qal li l-aħħar 20km kienu diffiċli ħafna fejn minkejja li ma kienx fuq quddiem irnexxielu jegħleb l-isfida u jtemm fuq quddiem. B’din ir-rebħa, Pederson żied il-vantaġġ tiegħu fil-klassifika ġenerali bi sbatax-il sekonda fuq Primoz Roglic u qed ukoll iżomm vantaġġ komdu fil-klassifika tal-punti.

Il-Giro d’Italia jkompli l-Ħamis bis-sitt stadju f’Potenza f’Napoli fuq distanza ta’ 227km.