Albert Buttigieg, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg qal fil-parlament li jeżistu sfidi kbar biex iż-żgħażagħ isiru sidien ta’ djarhom.
Hu qal li d-dritt li persuna jkollha fejn toqgħod huwa wieħed mid-drittjiet li għandu l-bniedem. Il-gvernijiet passati kollha, ilkoll ħadmu,ħarġu skemi u għamlu inizjattivi b’mod differenti għaliex iż-żewġ partiti f’din il-kamra huma differenti – biex il-kopji żgħażagħ tagħna jkollhom id-dar tagħhom. Hu semma’ l-skema msejħa HOS, fejn il-koppji żgħażagħ kienu jixtru l-art jew plots tal-Gvern b’sussidju qawwi u d-diversi terrace houses li għandha huma mibnija b’dan il-mod. Dan wassal biex illum hawn madwar 85% tal-populazzjoni huma sidien tad-dar tagħhom.
Imma filwaqt li għandha lkoll biex inkunu kburin b’dan is-suċċess, irridu wkoll inkunu onesti biżżejjed biex ngħidu liż-żgħażagħ llum qegħdin ikollhom sfida kbira u tqila biex ikunu sidien ta’ darhom. Skont stħarriġ maħruġ mill-NSO, RPPI – Residential Property Price Index – kien ta’ 165.22, jiġfieri 5.2% meta maqbel ma’ l-istess perjodu ta’ 2023.
Min-naħa l-oħra, skont l-aħħar stħarriġ maħruġ din il-gimgħa minn Grant Thorthon juri li minn 2013 sal llum 2025 – iż-żieda kienet ta’ 125%. Dan ifisser li jekk appartament fi 2013 kien jiswa €150,000, issa sar jiswa €337,000 – jiġifieri €187,000 – kważi d-doppju.
Dawn iż-żidiet iridu jittieħedu wkoll fil-kuntest tal-għoli tal-ħajja dejjem jiżdied. Studju li sar dan l-aħħar mill-UĦM juri li f’dawn l-aħħar tliet snin, il-ħajja għoliet bi 17.5%. Min-naħa l-oħra, il-pagi ma żdidux bl-istess rata. Dan wassal biex propju l-istess Gvern jagħti cola addizzjoni lil madwar 100,000 persuna.
Filwaqt li din iż-żieda fil-prezzjijiet tal-propjetà tkompli jikkonferma li l-propjetà f’Malta għandha valur qawwi f’pajjiżna, madanakollu dan il-fatt ifisser ukoll li hija sfida aktar għal dawk li jixtiequ jixtru darhom.
Imma bla dubju dan qiegħed iwassal għal diffikultà li wieħed jixtri propjetà. Fil-fatt, min huwa single u għandu dħul ta’ salarju medju ta’ €21,000 fis-sena, jista’ jixtri propjetà li tiswa €171,000 .
Jirriżulta li madwar 90% tal-propjetajiet li hemm bħalissa fis-suq jiswew aktar minn hekk. Min-naħa l-oħra, koppja li li għandha dħul medju, xorta għandhom diffikultà li jixtru 60% tal-propjetajiet li preżentament huma fis-suq, anke jekk jieħdu self mill-banek.
Dan qed iwassal li ċertu żoni fil-pajjiż, li diversi żgħażagħ single u koppji huwa no go zone għaliex għandhom diffikultà kbir biex huma jixtru propjetà fis-Swieqi, San Ġiljan, Tas-Sliema, Ħ’Attard, il-Gżira, L-Isida u l-madwar.
Id-deputat Nazzjonalista qal li fil-fatt, dan qed iwassal li minn naħa waħda ċertu żoni fil-pajjiż qegħdin jitilfu l-streetscapes tagħhom għaliex diversi terrace houses, townhouse u semi-detached villas qegħdin jitwaqqgħu biex minflokhom jimbnew apartamenti li ma jistgħux jaffordjaw li jixtru l-Maltin.
Min-naħa l-oħra, dawn il-lokalitajiet qegħdin jitilfu wkoll l-identità, il-patrimonju u l-istorja tagħhom. Dan mhux biss fis-sens ta’ bini estetiku imma anke fis-sens soċjali u komunitarju.
Diversi minn dawn l-appartmenti li qegħdin jinbnew, qegħdin jinbnew bil-ħsieb li jinkrew jew lill-ħaddiema barranin b’riskju wkoll li jkun hemm ghettos jew lit-turisti short lets.
Dan qed iwassal biex numru ta’ lokalitajiet jitbattlu minn ċittadini Maltin u saru donnhom no go areas. B’hekk qed jintilef is-sens ta’ komunità u rabta. F’Tas-Sliema, għalkemm, illum hemm populazzjoni ta’ 19,000, imma madwar 8,000 huma barranin u hemm madwar 2,000 inqas Maltin minn 2012. F’San Giljan bħala votanti hemm 12,360 imma 6,500 huma barrranin mill-UE filwaqt li 5,800 huma lokali. Dan ifisser li l-Maltin huma minoranza.
Effett ieħor li l-prezzijiet għolja tal-propjetà qegħdin jagħmlu huwa li fid-dawl li l-prezzijiet huma dawk li huma, diversi żgħażagħ qegħdin jieħdu d-deċizjoni li mhux biss ma jiżżewġux għaliex ma jaffordjaw jixtru propjetà qabel ma jkollhom 30 sena imma skont l-aħħar stħarriġ, qegħdin ikollhom l-ewwel wild bejn 30 sena u 35 sena, jew saħanistra ta’ 40 sena.
Dan mhux biss qed iwassal biex il-ġenituri jkun konsidrati bħal kbar f’eta meta it-tfal tagħhom jikbru, ser ikun hemm riskju ta’ problemi mal-ġenituri tagħhom minħabba l-generation gap u dak li din iġġib magħha.
Barra minn hekk, huma diversi kopji li filwaqt li jixtiequ li jkollhom it-tfal, ma jagħmlux din id-deċizjoni minħabba l-aspett finanzjarju/self li għandhom mal-bank.
Ir-rata ta’ twelid f’Malta hija 1.08 u biex il-popoloazzjoni tkompli jrid ikollha mill-inqas rata ta’ 2.01. Dan in-nuqqas ta’ wlied se jwassal għal effetti kbar mhux biss fuq l-ekonomija tagħna – ħaddiema imma saħanistra fuq l-identità tagħna bħala ġens Malti.
Il-PN jemmen li jkun ferm aktar għaqli li jagħti appoġġ b’mod indirett lil persuni bħal ma huwa li joffri sussidju qawwi fuq l-interessi tal-loan speċjalment fl-ewwel snin meta l-interessi huma għoljin.
Din għandha tidħol dritt fil-bank u tkun means tested biex verament tgħin li min għandu bżonn. Jekk wieħed jaħdem din l-iskema b’sussidju ta’ 5% fuq l-interessi tal-loan wieħed jara li l-għajnuna tkun aktar minn 10,000.
Hemm proposti oħra bħala ma huma rifużjoni tal-ħlas ta’ VAT fuq numru ta’ xogħlijiet, tax credits għal min jixtri jew biegh, skemi ta’ rent to buy, skemi ta’ djar għaż-żgħażagħ u kollaborazzjoni mal-banek fuq pagamenti.
Albert Buttigieg qal li l-ikbar sfida li għandha hija li mhux biss ngħinuhom jixtru darhom – id-dar tal-ġebel – dar imma li ngħinuhom li din l-akkomodazzjoni tinbidel għalihom għal dar.
Huwa fl-interess tagħna li naraw liċ-ċittadin tagħna jgħixu fi djar li huma post fejn huma jistgħu jikbru u jkun ċittadini onesti.
//= $special ?>