Sheffield United u Sunderland se jkunu qed jilagħbu fil-finali taċ-Championship Play-Off f’Wembley Stadium fl-24 ta’ Mejju f’dik li titqies bħala l-aktar partita li tiswa’ flus hekk kif ir-rebbieħ jieħu £220 miljun.
Fi Stadium of Light, draw ta’ 1-1 bejn Sunderland u Coventry fejn dan ir-riżultat kien biżejjed biex Sunderland aċċertaw posthom fil-finali kontra Sheffield li minn naħa tagħhom t-Tnejn filagħxija għelbu lil Bristol City 3-0 bi skor aggregate ta’ 6-0.
L-ewwel leg bejn Coventry u Sunderland intemm bl-iskor ta’ 2-1 favur dawn tal-aħħar. Kienu Coventry li marru fil-vantaġġ fis-76 minuta permezz ta’ Ephron Mason-Clark fejn għamel ir-riżultat aggregate 2-2. Bil-partita tibqa’ b’dan l-iskor sad-90 minuta kien fil-ħin barrani propju żewġ minuti fuq il-120 minuta li Sunderland ġabu d-draw fl-aħħar azzjoni meta minn corner ta’ Enzo Le Fee kien Daniel Ballard li għola fuq kulħadd u għamel l-iskor 1-1 u b’hekk aċċerta minn aggregate skor ta’ 3-2 favur il-Black Cats.
//= $special ?>