L-Awtorità tax-Xandir għal darba oħra ċanfret lil dak li suppost hu l-istazzjon nazzjonali u reġgħet sabitu ħati li kien żbilanċjat u parzjali bil-mod kif ipprova jiċċensura lill-Oppożizzjoni meta rrapporta l-miżuri li ħabbar il-Gvern biex taparsi jindirizza l-problema tat-traffiku li ħoloq hu stess.
Fid-deċiżjoni li tat illum, l-Awtorità qalet lill-PBS li għandu l-obbligu li jara li meta jkun hemm rappurtaġġ fuq kwistjonijiet ta’ portata nazzjonali, ir-reazzjoni tal-Oppożizzjoni trid tiġi mxandra ma’ dik tal-Gvern.
Robert Abela, għax dgħajjef u dahru mal-ħajt, dara juża dak li suppost hu x-xandir pubbliku biex jipprova jiċċensura lil dawk kollha li ma jaqblux miegħu.
Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jieħu kull pass meħtieġ sakemm il-PBS ma jibqax Super One 2 u jsir verament xandir pubbliku.
F’dawn il-proċeduri, il-Partit Nazzjonalista kien rappreżentat mill-Avukat Michael Piccinino.
//= $special ?>