Lokali Parlament

€120,000 f’reklamar mill-Ministeru ta’ Clifton Grima

Tliet Ministeri u l-Prim Ministru nefqu €1.3 miljun f'reklamar f'sena

Intefqu kważi €120,000 f’reklamar fuq it-televiżjoni u r-radju mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024

Id-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jgħid kemm C u skont il-mezz tax-xandir innifsu.

Skont ma qal fil-Parlament il-Ministru Clifton Grima, intefqu €90,315.61 f’reklamar fuq it-televżjoni u €29,635.67 f’relamar fuq ir-radju għal toal ta’ kważi €120,0000. Dan l-ammont f’sena waħda mhux bil-Vat inkluża.

F’informazzjoni oħra li diġá ngħatat fil-Parlament, jirriżultat wkoll li l-Ministru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi nefaq aktar minn kwart ta’ miljun ewro, total ta’ €268,406.1, fi flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024.

ll-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika mmexxi mill-Ministru Miriam Dalli nefaq fi flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru, matul is-sena li għaddiet, l-2024, is-somma ta’ aktar minn €600,000 – eżatt total ta’ €630,780.

L-uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari tiegħu nefqu s-sena li għaddiet fi flus f’reklamar is-somma totali ta’ €349,097.

Dan ifisser ukoll li dawn il-Ministri, waħedhom u li jinkludu wkoll lill-Prim Ministru, diġà ntefqu f’reklamar €1.36 miljun matul is-sena li għaddiet.