In-numru ta’ impjegati fuq il-kotba ta’ Transport Malta aktar minn irdoppja mill-2013 sal-lum. Jirriżulta li l-impjegati fuq il-kotba ta’ Transport Malta f’Jannar li għadda kien dak ta’ 927.
Id-Deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut staqsa fil-Parlament lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi jagħti rendikont ta’ kemm kien hemm impjegati fuq il-kotba ta’ Transport Malta f’Jannar 2013, f’Jannar 2014, u f’kull Jannar sal-2025 (inklużi dawk li huma pprovduti minn kuntratturi, bħal cleaners u clerks) maqsumin bil-gradi rispettivi tagħhom.
Il-Ministru Chris Bonnett wieġeb fil-Parlament li f’Jannar tal-2013 kien hemm 301 impjeagat; fl-2014 320; fl-2015 żdiedu għal 345; fl-2016 415; fl-2017, fis-sena tal-elezzjoni żdiedu b’aktar minn mija għal 578; fl-2018 żdiedu għal 749; fl-2019 729 impkegat;; fl-2020 żdoedu għal 779; fl-2021 żdiedu wkoll għal 843 impjegat; fl-2022 840; fl-2023 825; is-sena li għaddiet, fl-2024,kien hemm 835 u f’Jannar li għadda kien hemm total ta’ 927.
Dan ifisser li l-impjegati fuq il-kotba ta’ Transport Malta matul il-perjodu tal-Gvern Laburista żdied minn 300 għal aktar minn 900 f’Jannar li għadda.
Transport Malta dan l-aħħar ukoll kienet fl-aħbarijiet wara li fil-Qorti rriżultaw każi ta’ abbużi u allegat tixħim fl-għoti ta’ liċenzji tas-sewqan.
//= $special ?>