Il-kunsillieri tal-Partit Laburista fiż-Żurrieq marru kontra r-rieda tar-residenti taż-Żurrieq, meta lbieraħ ivvotaw kontra li l-kunsill lokali jirribatti uffiċjalment applikazzjoni li se twassal għall-qerda ta’ numru ta’ għelieqi.
L-Għaqda Residenti Żrieraq flimkien mal-bdiewa, għamlu talba lill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq sabiex jirribatti mill-ġdid applikazzjoni li se twassal għal qerda ta’ zona kbira ta’ għelieqi fil-lokalità.
Bil-kunsillieri tal-Labour jivvotaw kontra li jsir dan u għalhekk kontra x-xewqa tal-bdiewa u r-residenti.
Kienu propju l-kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista biss li vvotaw favur ir-rieda tar-residenti, favur li l-applikazzjoni tiġi miġġielda sabiex ma jinqerdux dawn l-għelieqi.
//= $special ?>