Sport Sport Ieħor

Imut l-eks plejer nazzjonali tar-rugby tal-Afrika t’Isfel Cornal Hendricks

(Ritratt: EPA)

L-eks plejer nazzjonali tat-tim tar-Rugby tal-Afrika t’Isfel, Cornal Hendricks, imut b’attakk tal-qalb fl-età ta’ 37 sena.

Hendricks skorja 5 tries fi 12-il partita għall-Springboks. Il-winger għamel id-debut tiegħu ma’ pajjiżu fl-2014 kontra Wales. Huwa kien ukoll involut fis-Sevens mal-Afrika t’Isfel.

Għaxar snin ilu Hendricks kellu jirtira mir-Rugby minħabba kumplikazzjonijiet fil-qalb, madankollu wara li rċieva t-tieni opinjoni medika fl-2019 huwa rritorna jilagħab mal-Bulls fl-2019.

Huwa lagħab għall-Afrika t’Isfel fir-Rugby Sevens bejn l-2011 u l-2014 u kien parti mit-tim tat-Tazza tad-Dinja fl-2013. Huwa rebaħ ukoll id-deheb fl-2014 fil-logħob tal-Commonwealth.

F’karriera ta’ 17-il sena, huwa lagħab 233 partit first-class.