Lokali

“Investiment fl-edukaturi hu investiment fl-istudenti u f’Malta ta’ għada” – Roberta Metsola

L-investiment fis-settur tal-edukazzjoni kien fil-qofol tad-diskussjoni li kellhom grupp ta’ edukaturi minn diversi kulleġġi f’Malta waqt la,qgħa li kellhom mal-President tal-Parlament Ewropew u MEP tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola fi Brussell.

Il-President Metsola qalet li l-investiment fl-edukaturi huwa investiment fl-istudenti. “Huwa investiment f’Malta ta’ għada,” saħqet Metsola. Hija qalet li wasal iż-żmien li l-edukazzjoni f’pajjiżna tkun adatatta għar-realtajiet tal-lum u dawk li għadhom ġejjin, “dwar kif irridu nħejju t-tfal u ż-żgħażagħ għad-dinja tal-intelliġenza artifiċjali.”

Roberta Metsola qalet li Malta u Għawdex huma mgħonija b’għalliema “li tassew għandna biex inkunu kburin bihom. Edukaturi dedikati, li jgħaddu l-aqwa ħiliet lil uliedna u jippreparawhom għad-dinja tax-xogħol,” qalet il-President tal-Parlament Ewropew.